Żagħżugħ mill-Ġorġja spiċċa fl-għali minħabba mara, f’każ stramb li seħħ l-Erbgħa fl-ajruport.
Iż-żagħżugħ kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li daħal f’żona ristretta fl-ajruport wara li segwa mara li kien qed jittanta.
Ir-raġel ta’ 27 sena, kien arrestat mill-Pulizija l-Erbgħa għal ħabta tas-2pm, meta l-uffiċjali tas-sigurtà rawh dieħel wara passiġġier f’żona li hu ma setax jidħol.
Meta tressaq quddiem il-Maġistrat Monica Vella, iż-żagħzugħ mill-Ġorġja qal li hu m’għandux saqaf fuq rasu u ammetta li kien qed isegwi mara li beda jittanta.
L-Avukat tal-Għajnuna Legali Charmaine Cherret, spjegat li l-akkużat jibża mill-ajruplani, tant li ġie Malta bil-katamaran. Qalet ukoll li huwa ppanikkja meta ra lill-pulizija jersqu lejh biex jarrestawh.
L-Ispettur Silvio Magro qal li l-filmati tas-sigurtà juru lill-akkużat jipprova jitla’ fuq…. u meta twaqqaf gideb xħin kien mistoqsi x’kien qed jagħmel, u sahansitra ma qalx il-verità lill-avukat li qed tassistih.
//= $special ?>