Lokali

Appoġġ qawwi mill-pubbliku biex tkun salvata d-Dwejra

Jinġabru ’l fuq minn €3,000 f’inqas minn jumejn, id-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar se tkun appellata fil-Qorti

Il-15-il NGO li ngħaqdu fi sforz konġunt biex isalvaw lid-Dwejra minn aktar żvilupp m’għandhomx kliem biex jirringrazzjaw lill-pubbliku għall-appoġġ qawwi li wera flaħħar jiem. Wara d-deċiżjoni skandaluża tat-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar li qaleb id-deċiżjoni inizjali tal-Awtorità tal-Ippjanar li m’għandux isir aktar żvilupp fid-Dwejra, dan il-front ta’ NGOs talab l-għajnuna tal-pubbliku biex jagħti donazzjonijiet ħalli jinġabru fondi biex ikun jista’ jitressaq appell fil-Qorti. F’inqas minn jumejn inġabru ‘l fuq minn €3,000.

Id-Dwejra hija ikona ta’ Għawdex u għandha bżonn il-protezzjoni. Hija sit Natura 2000 u hija kklassifikata wkoll bħala Dark Sky Heritage Area. Hija fost l-aktar postijiet imfittxija mill-għaddasa, u hija mdawra bi blat b’varjetà ta’ arzell u fossili oħra. Is-sbuħija tagħha tinsab fil-fatt li għadha ftit jew wisq mhux mimsusa. Billejl dan il-post jaf joffri veduti spettakolari tas-sema mdallam u l-kwiekeb filwaqt li ċ-Ċiefa – għasfur tal-baħar ikoniku – tuża dawn l-irdumijiet bħala lħabitat fejn tbejjet. Kemm it-tniġġis mid-dawl kif ukoll kwalunkwe żieda fliżvilupp jagħmel il-ħsara lil dawn l-inħawi. Kemm BirdLife Malta kif ukoll l-Institute of Space Sciences and Astronomy kienu oġġezzjonaw formalment għall-iżvilupp propost u għalhekk għandhom id-dritt li jressqu appell fil-Qorti.

Il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi li saret b’suċċess mhux biss tippermetti li jitressaq lappell fil-Qorti, imma tibgħat ukoll sinjal ċar li s-soċjetà ċivili hija b’saħħitha u hija magħquda b’vuċi waħda li ma tistax tiġi injorata. L-NGOs jixtiequ jirringrazzjaw lill-pubbliku għall-appoġġ tiegħu, appoġġ li jimmotivahom aktar biex ikomplu jiġġieldu favur din il-kawża. Inwiegħdu li jibqgħu għaddejjin bil-ġlieda tagħna biex inħarsu l-patrimonju naturali u kulturali tal-gżejjer tagħna għallbenefiċċju ta’ kulħadd.

Il-15-il NGO magħqudin f’dan il-front huma: – Bicycle Advocacy Group – BirdLife Malta – Din l-Art Ħelwa – Flimkien għal Ambjent Aħjar – Friends of the Earth Malta – Isles of the Left – Light Pollution Awareness Group – Moviment Graffitti – Nature Trust Malta – Ramblers Association – The Archaeological Society Malta – The Astronomical Society of Malta – The Institute of Space Sciences and Astronomy – Wirt Għawdex – Żminijietna – Leħen ix-Xellug.