Lokali

Fil-preżenza tal-Kamra tal-Periti … Ian Borg jerġa’ jagħmilha ċara li l-Avviż Legali hu tajjeb kif inhu

Minkejja li l-periti Maltin għad għandhom numru ta’ riservi dwar l-avviż legali maħruġ mill-Gvern ghas-settur tal-kostruzzjoni, il-Ministru Ian Borg jibqa’ jinsisti li mhu se jbiddel xejn minnu.

It-tweġiba tal-Ministru waslet ftit tal-ħin biss wara li l-Perit Simone Vella Linecker, President tal-Kamra tal-Periti, tenniet mill-ġdid li hemm diversi punti li ma ddaħħlux fl-Avviż Legali.C

Dan wara li l-istess Kamra, fl-ewwel reazzjoni tagħha, kienet qalet li l-Avviż Legali ddaħħal b’għaġġla. F’konferma ta’ dan, sa ġimgħatejn wara … u meta għad hawn iktar minn elf sit bix-xogħol imwaħħal, il-Ministru Ian Borg għadu jsejjaħ konferenza tal-aħbarijiet wara l-ohra biex iħabbar tibdil.

Fl-aħħar żvilupp, issa tħabbar li fuq proposta tal-Kamra tal-Periti, se jinħoloq reġistru għall-kuntratturi. Apparti dan, sa tmiem is-sena dawn iridu jkunu kollha liċenzjati.

Madankollu, s’issa għadu lanqas biss hu magħruf kif se jsir il-proċess ta’ reġistrazzjoni.C

Iżda minkejja l-proposti cari tal-Kamra tal-Periti, waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Ian Borg ma ċċaqlaqx imqar pass mill-pożizzjoni tiegħu.M

Fid-dawl li l-Ministru Ian Borg għadu qed jinsisti li mhu se jbiddel xejn mill-Avviż Legali, u allura qed jinjora t-talbiet u l-proposti tal-Kamra tal-Periti, dawn tal-aħħar sejħu laqgħa straordinarja oħra għall-Ġimgħa.

U fejn jidhlu l-izviluppaturi, minkejja li fl-ewwel reazzjoni tagħha l-MDA wkoll qalet li l-avviż legali sar b’għaġġla, issa jidher li biddlet il-fehma tagħha ….minkejja li mill-istess avviż ma nbidel xejn.