Lokali

Louis Galea se jmexxi r-riforma fil-PN

Waqt il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li saret il-Ħamis, il-Kap tal-PN Adrian Delia propona lil Louis Galea bħala l-persuna li se jmexxi r-riforma politika fil-partit.

Din il-proposta sabet l-appoġġ totali tal-membri kollha tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Din il-proposta hi waħda addizzjonali mal-10 punti li kien diġa’ semma’ Adrian Delia ftit tal-jiem ilu.

Il-Kap tal-PN qal li Louis Galea igawdi fiduċja sħiħa mill-membri tal-PN. Louis Galea aċċetta din il-ħatra.

Adrian Delia spjega li Louis Galea għadu jirrapporta dwar kull materja fejn jidħol l-operat tal-partit, se jkollu laqgħat ma’ kull organu, fergħa u membru tal-partit biex ikun jista’ jfassal it-triq ‘il quddiem ibbażata fuq il-kunċett tad-djalogu.

Rapport finali minn naħa ta’ Louis Galea għandu jiġi preżentat fi żmien sena.

Louis Galea minn naħa tiegħu lest li jidħol għal dan l-inkarigu fuq bażi volontarja, u insista li jrid jaħdem b’mod imparzjali u mingħajr preġudizzju.

Il-laqgħa mmexxija mill-President il-ġdid Alex Perici Calascione