Bħalissa seba’ għawwiema jinsabu f’Kazan fejn qed jipparteċipaw fil-Kampjonat Ewropew taż-żgħażagħ tal-LEN. Akkumpanjati mill-kowċ nazzjonali Artem Goncharenko hemm l-għawwiema Mya Azzopardi u Dylan Cachia ta’ Neptunes, Simon Mallia ta’ Sliema, Andrea Mallia, Rudi Spiteri u Leah Tanti ta’ Sirens kif ukoll Kyle Buhagiar ta’ Marsaxlokk.
Minbarra li kien hemm titjib fil-ħinijiet personali, sa issa nksiru tliet rekords nazzjonali. Dylan Cachia rebaħ il-heat tiegħu fl-400 metru freestyle u għamel rekord nazzjonali f’4:08.58. Andrea Mallia kiser rekord nazzjonali fil-Grupp D tal-kategorija tiegħu f’2:24.48 filwaqt li Mya Azzopardi kisret rekord nazzjonali fil-200 metru freestyle b’ħin ta’ 2:06.76.
Leah Tanti waqqfet l-arloġġ f’34.18 fil-50 metru breastroke. Simon Mallia għamel l-aħjar ħin personali fil-50 metru butterfly f’25.76 u l-istess għamel Rudy Mallia li temm it-tellieqa f’25.84.
Fil-100 metru freestyle kkompetew Dylan Cachia, Rudi Spiteri, Kyle Buhagiar u Simon Mallia. Cachia għamel ħin ta’ 53.98, Spiteri waqqaf l-arloġġ f’54.06, Buhagiar temm f’54.80 u Mallia spiċċa f’55.17. Fil-50 metru breaststroke, Andrea għamel ħin ta’ 30.81 u daħal 1.23 sekonda wara r-rebbieħ tal-heat Phillip Kress.
Maltin fl-azzjoni għada
Kyle Buhagiar – 200 metru freestyle
Mya Azzopardi – 200 metru individwali
Simon Mallia – 100 metru butterfly
Leah Tanti – 100 metru breaststroke
Andrea Mallia – 100m breaststroke
Dylan Cachia – 800m freestyle
//= $special ?>