Il-Qorti ddeskriviet lit-tlett Ministri Konrad Mizzi, Edward Scicluna u Chris Cardona bħala persuni li qed jaħarbu milli jiżvelaw minn fejn saru jafu kwotazzjoni minn sezzjoni mhux ippublikata tar-rapport tal-Egrant.
Dan hekk kif il-ministri kwotaw diskors mir-rapport, li suppost ma kellhomx aċċess għalieh, f’risposta ta’ talba mill-Qorti mill-attivisti sabiex jingħata bidu għal inkjesta dwar il-kuntratt li ngħata lil Vitals Group Healthcare sabiex imexxu tlett sptarijiet publiċi.
Għaldaqstant, l-NGO Repubblika fetħet każ il-Qorti sabiex il-ministru jispjegaw kif saru jafu minn fejn saru jafu l-imsemmi diskors mir-rapport – bil-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tiddeskrivihom bħala evażivi, u ħarbu milli jwieġbu.

Il-Qorti innotat kif il-Ministri jista’ għandhom aċċess għal sezzjonijiet s’issa mhux pubblikati tar-rapport – u din hija xi ħaġa serja ħafna. Madanakollu t-tlieta li huma għandhom kull dritt iżommu siekta hekk kif il-Qorti ma tistax ġġiegħel bilfors lil dak li jkun jikxef minn fejn ġab l-informazzjoni.
Il-Maġistrat Stafrace saħqet Repubblika talbu għal inkjesta lura f’Mejju madanakollu preċiżat tgħid li mhux fil-mandat tagħha li tkompli tissokta bl-inkjesta hekk kif xogħolha kien biss li tara jekk hemmx biżżejjed evidenza sabiex tinfetaħ inkjesta dwar il-każ tal-VGH.
Sena ilu, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien wiegħed li jippublika l-verżjoni sħiħa tar-rapport fi ftit jiem madanakollu huwa falla milli jagħmel dan hekk kif dejjem ġab skuża ‘bl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin’.

Dan kollu hekk kif l-Avukat Ġenerali Peter Grech kien ippubblika biss 49 paġna minn rapport ta’ xejn inqas minn 1,500. Hawnhekk fejn bdew iqumu suspetti serji, hekk kif it-tlett ministri kwotaw sezzjoni mir-rapport li mhux ippublikata f’dawn l-imsemmija 49 paġna.
Id-diskors li kwotaw il-ministri kien jgħid li l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien ġie ordnat sabiex jinvestiga min allegatament iffalsifika l-firem li jorbtu l-kumpanija tal-Panama Egrant mal-mara tal-Prim MInistru.
Inkjesta mmexxija mill-Imħallef Aaron Bugeja, qabel ma nħatar bħala Maġistrat, ma sabet l-ebda evidenza li torbot lil mara tal-Prim Ministru ma’ din il-kumpanija.


