SAN ĠILJAN TUM INVEST……… 13 NEPTUNES LEO VEGAS……….. 10
(3-3), (3-2), (3-3), (4-2)
San Ġiljan TUM Invest urew li kapaċi jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat meta b’wirja brillanti għelbu liċ-champions Neptunes Leo Vegas 13-10. Fil-verità r-riżultat seta’ mar kull naħa minħabba l-bilanċ bejn iż-żewġ timijiet, iżda l-Ġiljaniżi għarfu jsibu gowls lejn tmiem is-sessjonijiet biex ħadu dak il-vantaġġ minimu li poġġa lil Neptunes f’sitwazzjoni li kellhom jiġru wara r-riżultat. Spikka bla dubju Guillermo Molina li kien determinanti fil-logħba.
Din kienet it-tieni telfa ta’ Neptunes f’anqas minn ġimgħa u dan ir-riżultat għandu jwassal biex il-kowċ Jovan Popovic jagħmel evalwazzjoni tat-tim u jikkunsidra l-aħjar użu ta’ ċertu plejers fl-ilma biex joħroġ l-aħjar kwalitajiet tat-tim.
Iż-żewġ referees Marco Piano u Massimo Angileri kellhom biċċa xogħol diffiċli biex jikkontrollaw żewġ settijiet ta’ plejers li kienu lesti li ma jċedux pulzier. Finalment spiċċaw biex id-determinazzjoni tal-plejers Ġiljaniżi ħarġet rebbieħa fuq il-ftit nervożiżmu li kien hemm fuq il-plejers ta’ Neptunes.
L-ewwel sessjoni serviet ta’ preludju għal dak li kien ġej. Botta u risposta bejn iż-żewġ timijiet b’Neptunes iwieġbu darbtejn għall-gowls tal-avversarji u wara li Muslim għamilhom 3-2, Molina ġab id-draw. Fit-tieni sessjoni kellu jkun gowl maħdum tajjeb ta’ Darren Zammit lejn it-tmiem li għamel id-differenza, biż-żagħżugħ jiskorja mill-qrib wara li rċieva mingħand Kai Dowling għal 6-5.
Matthew Zammit għamilhom 7-5 fit-tielet sessjoni b’azzjoni personali fis-centre, iżda Neptunes irnexxielhom iġibu d-draw 8-8 b’doppjetta ta’ Stevie Camilleri minn pożizzjonijiet simili u Darko Brguljan. Iżda bħalma ġara fis-sessjoni preċedenti, San Ġiljan temmew is-sessjoni b’gowl minn fuq b’penalty skorjat minn Molina.
Andreas Galea rdoppja l-vantaġġ fil-bidu tal-aħħar sessjoni meta ngħata l-ispazju biex seta’ jiskorja minn qagħda ċentrali u Molina għamilhom 11-8. Neptunes naqqsu d-distakk ta’ tliet gowls darbtejn iżda ma setgħux inaqqsu d-distakk għal gowl biex jibqgħu b’ċans li jevitaw it-telfa, b’Andreas Galea jissiġilla r-rebħa lejn it-tmiem.
San Ġiljan: J. Tanti, B. Grech, A. Galea (3), N. Dobud (1), G. Molina (5), M. Zammit (1), B. Plumpton, K. Dowling, T. Said, Da. Zammit (1), P. Fava, Di. Zammit (2), T. Micallef, J. Bonavia
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon, K. Erdogan, G. Pace (1), P. Muslim (2), D. Brguljan (3), S. Camilleri (4), J. Camilleri, J. Abela, N. Zammit, J. Muscat, M. Azzopardi, B. Busuttil, S. Busuttil, S. Stellini
Referees: Marco Piano, Massimo Angileri
Marsaskala jsalvaw punt lejn it-tmiem
OTTERS NIVEA…………. 12 MARSASKALA FISH AND FISH………….. 12
(2-5), (4-3), (3-2), (3-2)
Gowl fl-aħħar 24 sekonda ċaħħad lil Otters Nivea milli jiksbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat fi draw ta’ 12-12. Marsaskala kien mistenni aħjar minnhom wara li ftit jiem ilu għelbu lil Valletta kif ukoll minħabba li kienu fil-vantaġġ għal kważi l-logħba kollha.
Marsaskala kellhom bidu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni 5-2. Huma fetħu vantaġġ doppju u għalkemm Otters naqqsu d-distakk darbtejn għal gowl, Luca Felice u Kristijan Milakovic kabbru l-vantaġġ għal tliet gowls.
Sa nofs it-tieni sessjoni Marsaskala żammew il-vantaġġ ta’ tliet gowls, sakemm Edward Meli u Ferenc Salamon għamlu l-iskor 7-6, b’Averka jerġa’ jirdoppja l-vantaġġ żewġ sekondi qabel tmiem it-tieni sessjoni.
Milos Filipovic naqqas id-distakk għal Otters u baqgħu fil-logħba minkejja li Averka u Jake Ciantar għamlu l-iskor 10-7. Dan għaliex Edward Meli u Filipovic reġgħu niżlu d-distakk għal gowl biss. Otters marru għall-ewwel darba minn fuq b’żewġ gowls kmieni fl-aħħar sessjoni, b’Averka jġib id-draw bis-sitt gowl personali minn man-up.
Claudio Spiteri Debarro kkonkluda b’suċċess azzjoni ta’ man-up fl-aħħar minuta u deher li seta’ jagħti l-ewwel tliet punti lit-tim Għawdxi, sakemm Jean Claude Cutajar tħalla żmarkat fl-aħħar azzjoni tagħhom u għeleb lil Dean Camilleri minn qagħda ideali.
Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (1), F. Salamon (3), L. Hyzler, E. Meli (2), M. Lanzon, K. Scicluna, G. Mizzi, A. Mifsud, D. Zahra, B. Lanzon, M. Filipovic (6), D. Camilleri
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, M. Manara, M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro, K. Milakovic (2), K. Averka (6), J. Culic (1), R. Attard, D. Borg Millo, M. Borg, L. Felice, J. Ciantar
Referees: Richard Magri, Federico Braghini
//= $special ?>