Il-klabb promoss Santa Lucia kompla bil-ħidma tiegħu f’dik li se tkun l-ewwel avventura tagħhom fil-Kampjonat Premier. Huma ħabbru l-akkwist tad-difensur Ignacio David Fideleff li kellu esperjenza maż-żgħażagħ ta’ Newell’s Old Boys’ u għamel id-debutt magħhom f’Marzu tal-2008.
Fideleff li għandu 30 sena, lagħab erba’ logħbiet ma’ Napoli fl-istaġun 2011/12 taħt it-tmexxija ta’ Walter Mazzari fi staġun li n-Naplitani rebħu l-Coppa Italia. Hu kellu esperjenzi ma’ Parma, Maccabi Tel Aviv, Tigre u Ergotelis b’self qabel ħalla lil Napoli fl-2016.
Santa Lucia ġeddew il-kuntratt tal-midfielder Jackson Mendoza sa Ġunju tal-2021. Fl-istaġun li għadda hu kien wieħed mill-plejers importanti biex Santa Lucia kisbu l-promozzjoni hekk kif jaħdem ħafna f’nofs il-grawnd fejn anki skorja darbtejn fl-Ewwel Diviżjoni kif ukoll doppjetta fil-play-off kontra St. Andrews.
//= $special ?>