Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għal kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 6 ta’ wara nofsinhar hekk kif għal xi raġuni kien hemm impatt bejn is-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 61 sena mix-Xewkija, u karozza misjuqa minn mara ta’ 39 sena minn Ħ’Attard stess.
L-inċident seħħ fi Triq il-Mosta. Fuq il-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar għal iktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>

