Internazzjonali

Terremot ta’ 6.4 jheżżeż in-Nofsinhar ta’ Kalifornja

Ritratt: BBC

In-Nofsinhar ta’ Kalifornja ġie milqut mill-iktar terremot qawwi f’dawn l-aħħar żewġ deċennji. Terremot li kkawżaw ħsarat estensivi u nirien.

L-epiċentru tat-theżżiża, li kien ilaħħaq għal 6.4 fuq l-Iskla Richter, inħass l-iktar ħdejn il-belt ta’ Ridgecrest, li huwa madwar 150 mil (240 km) fil-Grigal ta’ Los Angeles.

Diversi pumpiera taw assistenza medika u kkontrollaw in-nirien madwar il-belt.