Lokali

Tinqaleb karozza fi Triq Aldo Moro

Uffiċjali tal-Pulizija ġew msejħa fi Triq Aldo Moro hekk kif seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm meta għal xi raġuni mhux magħrufa karozza nqalbet fl-imsemmija Triq bejn Raħal Ġdid u l-Marsa.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet għaddejjin, s’issa mhux magħruf jekk kienx hemm nies midruba.

Aktar dettalji kif jaslulna.