Internazzjonali

Jum l-Indipendenza immarkat minn protesti

Fid-diskors fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-4 ta’ Lulju, il-President Amerikan Donald Trump ta ġieħ lill-qawwiet Amerikani.

F’ġurnata ta’ maltemp, quddiem il-Lincoln Memorial f’Washington, il-President Amerikan ġibed kritika kbira hekk kif bosta ħassew li Trump uża din iċ-ċelebrazzjoni sabiex jirbaħ punti politiċi qabel l-elezzjoni presidenzjali li jmiss.

Id-diskors ta’ Trump kien ikkaratterizzat minn korjografija ta’ wħud mill-iktar ajruplani militari sofistikati. Kien hemm ukoll bosta korijiet li kantaw l-innijiet militari – filwaqt li ftit ‘il bogħod kienu għaddejin protesti vjolenti.

Trump ilbieraħ ħabbar li dalwaqt l-Amerikani se jkunu kapaċi jinżlu fuq il-pjaneta Mars, fejn tkun tista’ tittajjar il-bandiera Amerikana.