Lokali

Botta u risposta bejn l-ALPA u l-Air Malta

Wara l-istqarrija li ħarġet iktar kmieni llum l-Air Malta, l-ALPA tirreaġixxi għall-allegazzjonijiet li saru mill-Air Malta fir-ritaljazzjoni għall-istat vera tal- affarijiet li ħarġu mill-evidenza ppreżentata matul is-seduta tal-Qorti li saret ilbieraħ.

Fl-istqarrija tagħha l-ALPA qalet li huwa xokkanti li l-Air Malta qed tkompli tuża dawn il-miżuri fit-tentattiv ċar tagħha biex tinfluwenzaw l-opinjoni pubblika u ma turix stampa ċara tar-realtà tas-sitwazzjoni fi żmien meta għad hemm kawża pendenti l-Qorti.

L-istqarrija tgħid li huwa ċar li tali allegazzjonijiet ma kinux ippruvati minn ebda forma ta’ evidenza li ġiet ippreżentata għall-konsiderazzjoni tal-Qorti u li dawn l-allegazzjonijiet jirrappreżentaw tentattiv ċar ieħor li qed jimminaw l-operazzjoni tal-istess union.

L-istqarrija tal-ALPA ttem tgħid li huwa wkoll tal-mistħija li t-tmexxija tal-Air Malta qed toħloq aktar inċertezza fi żmien meta l-kumpanija għandha, minflok, tiffoka fuq l-għaqda bejn iż-żewġ naħat.


Intant, fl-aħħar ħin, l-Air Malta reġgħet ħarġet b’reazzjoni oħra fejn qalet li skont l-istqarrija maħruġa mill-Alpa, tinnota b’sodisfazzjoni li l-Union tal-bdoti m’għadhiex qed titlob garanzija dwar l-iskema tal-irtirar kmieni għall-Piloti.