Sport Sport Ieħor

Clint Vassallo jirbaħ it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran fir-Rumanija

Clint Vassallo rebaħ it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran li saret fil-korsa ta’ Ploiesti fir-Rumanija. Dan minkejja li ma kellux wieħed miż-żwiemel favoriti tiegħu.

Fit-tisħin, iż-żiemel tilef nagħla u għalhekk għat-tiġrija ttieħdet id-deċiżjoni li jiġri mingħajr nagħal filwaqt li Vassallo ddeċieda li jgħollih fuq il-mollatura biex ikun aktar bilanċjata. Kien fl-aħħar 500 metru li Vassallo beda jattakka liż-żewġt iżwiemel ta’ quddiemu sabiex ħareġ rebbieħ biż-żiemel numru 6 Zanderigo.

Din kienet l-ewwel rebħa għal Vassallo barra minn Malta kif ukoll l-ewwel darba li saret tappa ta’ dan il-Kampjonat fir-Rumanija. B’hekk Malta rebħet l-ewwel żewġ tappi ta’ dan il-kampjonati, bit-tappa li jmiss issir fil-11 ta’ Awwissu fil-korsa ta’ Ufa fir-Russja.