Sport Sport Ieħor

Federer u Nadal fir-raba’ rawnd b’rebħiet fuq avversarji Franċiżi

(Ritratt: EPA)
Serena Williams mal-aħħar 16 b’wirja impressjonanti

Roger Federer u Rafael Nadal għaddew għar-raba’ rawnd ta’ Wimbledon b’rebħiet fuq avversarji Franċiżi. Nadal li hu darbtejn rebbieħ, għeleb lil Jo-Wilfried Tsonga 6-2, 6-3, 6-2 filwaqt li Federer li hu tmien darbiet, għeleb lil Lucas Pouille 7-5, 6-2, 7-6. Fir-rawnd li jmiss l-Iżvizzeru jilgħab kontra t-Taljan Matteo Berrettini.

L-avversarju ta’ Nadal se jkun ir-rebbieħ bejn Dan Evans u Joao Sousa. Din kienet l-ewwel darba mill-2015 li Nadal lagħab kontra Tsonga fl-All England Club. Wara l-logħba, Nadal kien kuntent bil-prestazzjoni u laqqam lil Tsonga bħala xi ħadd li ma jkunx irid jilgħab kontrih fit-tielet rawnd.

Bir-rebħa kontra Pouille, Federer sar l-ewwel tennist li kiseb 350 rebħa waqt Grand Slam f’kompetizzjoni individwali. Wara l-logħba, hu qal li kien importanti li rebaħ it-tieni set minħabba li l-ewwel set kien missielet aktar mill-oħrajn.

F’logħbiet oħra, is-sid numru tmienja Kei Nishikori għeleb lill-Amerikan Steve Johnson 6-4, 6-3, 6-2, Tennys Sandgren rebaħ 6-3, 7-6, 6-3 kontra Fabio Fognini u jilgħab kontra Sam Querrey wara li rebaħ kontra John Millman.

Mill-kompetizzjoni tan-nisa, is-seba’ darbiet rebbieħa Serena Williams għelbet lil Julia Gorges 6-3, 6-4 b’wirja impressjonanti biex ukoll tinsab fir-raba’ rawnd. L-Amerikana ta’ 37 sena ddominat il-logħba, f’dik li kienet ripetizzjoni tar-rebħa fis-semifinali. Hi waslet sa dan l-istadju għas-16-il darba u l-avversarju li jmiss se tkun Carla Suarez Navarro.

Id-darbtejn rebbieħa Petra Kvitova wkoll tinsab mal-aħħar 16 wara rebħa ta’ 6-3, 6-2 fuq Magda Linette, iżda s-sid numru erbgħa Kiki Bertens tilfet 7-5, 6-1 kontra Barbora Strycova. Kvitova tilgħab kontra Johanna Konta li għelbet lil Sloane Stephens 3-6 6-4 6-1.

Fil-mixed doubles, Andy Murray u Serena Williams bdew b’rebħa kunfidenti ta’ 6-4, 6-1 fuq Andreas Mies u Alexa Guarachi. Iż-żewġ tennisti ta’ livell għoli jiltaqgħu kontra Fabrice Martin u Raquel Atawo fit-tieni rawnd.

Aktar kmieni, Murray tilef flimkien ma’ Pierre-Hugues Herbet fid-doppji tal-irġiel. Iżda ftit sigħat wara, l-Iskoċċiż u t-23 darba rebbieħa ta’ Grand Slam rebħu f’siegħa u 16-il minuta.