Sport

Il-Kumitat Olimpiku Malti jħabbar skema ta’ għajnuna għal żgħażagħ promettenti

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar investiment ta’ €40,000 li se jitqassmu ma’ grupp ta’ atleti żgħażagħ u promettenti u diġà kisbu xi riżultati pożittivi. Din l-iskema għandha l-għan li tipprovdi opportunitajiet li tipprepara u tagħti s-sostenn biex dawn l-atleti promettenti jwasslu biex potenzjalment jirbħu l-midalji għal Malta.

Permezz ta’ din l-iskema, l-atleti ta’ talent se jkollhom l-opportunità li jkabbru l-potenzjal u jiksbu l-aħjar riżultati flimkien mal-kowċis tagħhom. Filwaqt li jkun hemm kowċis ta’ kwalità li hu essenzjali fil-progress, il-programmi se jħarsu biex l-atleti jassiguraw l-aħjar żvilupp permezz ta’ preparazzjoni mentali, fiżika, tattika u teknika kif ukoll l-istil ta’ ħajja tagħhom.

Dawn l-atleti ġew magħżula bbażati fuq il-prestazzjonijiet tagħhom fil-preżent u wara diskussjonijiet mal-kowċis u l-federazzjonijiet nazzjonali. L-atleti tpoġġew fi tliet kategoriji li huma Podium, Promising u Elite.

L-atleti fil-kategorija Podium jikkonsisti f’dawk li diġà kisbu podju f’kompetizzjonijiet internazzjonali u jinsab fost l-ogħla rankings Ewropej fil-kategoriji taż-żgħażagħ rispettivi. L-atleti Elite hu dawk li rreġistraw l-aħjar ħinijiet personali u rekords nazzjonali filwaqt li fil-kategorija Promising hemm l-atleti li juru titjib kostanti fuq bażi regolari.

Id-Direttur u l-Kap tal-Kummissjoni taż-Żgħażagħ fil-Kumitat Olimpiku Malti Paul Sultana qal li hu imperattiv li tinbena bażi b’saħħitha għall-futur tal-isport f’pajjiżna, b’referenza wkoll għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’Malta erba’ snin oħra. Sultana żied li s-suċċess ta’ dawn l-atleti se jispira l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ atleti li l-futur tal-isport jiddependi minnhom.

Kategorija Podium: Anthea Cutajar Table (Tennis), Laurens Schulz Doering (Golf), Richard Schultheis (Ibburdjar), Kijan Sultana (Squash), Sara Xuereb (Ten Pin Bowling)

Kategorija Elite: Ella Borg (Ġinnastika), Mireya Cassar (Atletika), Pavel Dalli (Triathlon), Liam Delicata (Tennis), Luke Ellul Sullivan (Għawm), Matthew Galea Pirotta (Ċikliżmu), Alexandra Gatt (Karate), Sasha Gatt (Għawm), Matthew Magro (Ten Pin Bowling), Andrea Mallia (Ten Pin Bowling), Andrea Mallia (Għawm), Rachela Pace (Atletika), Conrad Puli  (Table Tennis), Nico Sciberras (Sparar), Antonia Schultheis (Ibburdjar), Ksenija Simic (Badminton), Rudi Spiteri (Għawm), Lijana Sultana (Squash), Leah Tanti (Għawm), Tenishia Thornton Weightlifting, Martina Valletta (Għawm), Saul Vassallo (Ibburdjar), Emilia Vella  (Triathlon), Tara Vella Clark (Ġinnastika), James Vella Vidal (Table Tennis), Kurt Zahra (Atletika)

Kategorija Promising: Isaac Axisa (Badminton), Lauren Azzopardi (Badminton), Matthias Azzopardi (Sparar), Sara Bartolo (Atletika), Rylee Borg (Weightlifting), Mariah Busuttil (Sparar), Andre Camilleri (Għawm), Estelle Camilleri (Judo), Kristy Cauchi (Judo), Sarah Chouhal (Atletika), Francesca Clark (Badminton), Alessia Cristina (Atletika), Isaac Ellul (Badminton), Luca Farrugia (Atletika), Kristian Galea (Sparar Qaws), Emily Grech Carr (Għawm), Jacob Greengrass (Atletika), Sean Spiteri (Atletika), Matthew Vella (Karate), Jeremy Zammit  (Atletika)