Internazzjonali

Issir il-Magħmudija ta’ Archie

It-tifel tad-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex tgħammed mill-Arċisqof ta’ Canterbury f’ċerimonja privata.

Il-Magħmudija ta’ Archie Harrison Mountbatten-Windsor saret fil-preżenza tal-familjari u l-ħbieb fil-kappella privata f’Windsor Castle.

Fost il-mistednin kien hemm il-Prinċep ta’ Wales, id-Dukessa ta’ Cornwall, id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge u Omm Meghan. Ir-Reġina m’attendietx minħabba impenji oħra.

Il-koppja rjali għażlet li teskludi lill-media mill-ġurnata tal-Magħmudija tat-tifel tagħhom, filwaqt li ddeċidew li ma jiżvelawx min se jkunu l-parini ta’ Archie.