Sport Sport Ieħor

Jispikka Rodney Gatt bi tliet rebħiet

Rapport: Kenneth Vella

L-aktar tiġrija importanti li saret il-Ġimgha filgħaxija fil-korsa tal-Marsa kienet waħda tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Din għamlet parti mill-35 laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. It-tiġrija Premier intrebħet mill-Iżvediż Glenn Boko misjuq minn Rodney Gatt. Dan is-sewwieq intant temm l-aħjar wieħed tas-serata bi tliet rebħiet.

Ħmistax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija tal-ogħla klassi. Hawnhekk kien Glenn Boko ta’ Rodney Gatt li kkonferma l-forma tajba li għaddej minnha bħalissa u f’dan l-istaġun meta akkwista l-ħames rebħa tas-sena f’medja ta’ 1.15.4” mill-kwotat Stormbringer G.R. (Julian Farrugia) u Baron Du Chene (Clifferty Calleja). Un Amour Du Pont (Andrew Farrugia) temm warajhom fir-raba’ pożizzjoni.

Saret ukoll tiġrija tal-ponijiet shetland bit-trott misjuqa minn tfal fuq distanza ta’ 640m. Din intrebħet minn Rosenbergs Attacca ta’ Disma Attard li kienet konwinament quddiem.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Ella Des Moyeux (R. Gatt) Ħin – 3.23” (1.19.5”) 2. Cherie De Noyelles (C. Calleja) 3. Vegas Des Raques (C. Camilleri) 4. Petrus Du Vivier (C. Cassar)

II Tiġrija Klassi Bronze B. Dist – 2640m. 1. Cirella De Kacy (R. Gatt) Ħin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Delice Majyc (D. Hili) 3. Talion Prior (C. Calleja) 4. Velco Rocq (M. Mizzi)

III Tiġrija Bronze A. Dist – 2640m. 1. Doneisdone (N. Baldacchino) Ħin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Attrape Moi Aldo (R. Gatt) 3. New Moon Pellini (J. Farrugia) 4. Look Twice (K. Gialanze’)

IV Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Hilda Nalan (J. Farrugia) Ħin – 3.20.9” (1.16.1”) 2. Vent Des Aunay (N. Baldacchino) 3. Uppercut Ducal (S. Vella) 4. Alzano Verderie (K. Galea)

V Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Uniaxe Erem (F. Abdilla) Ħin – 3.23.6” (1.17”) 2. Drogba Bob (C. Caruana) 3. Vical De Zab (C. Camilleri) 4. Uno Pont Vautier (M. Ellul)

VI Tiġrija Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Concerto Cehere (C. Camilleri) Ħin – 3.25.1” (1.17.7”) 2. Douglas (C. Farrugia) 3. Charm Blou (R. Gatt) 4. Walentino (J. Scerri)

VII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Glenn Boko (R. Gatt) Ħin – 3.19” (1.15.4”) 2. Stormbringer G.R. (J. Farrugia) 3. Baron Du Chene (C. Calleja) 4. Un Amour Du Pont (A. Farrugia)

VIII Tiġrija Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Ange Du Porto (C. Camilleri) Ħin – 3.25” (1.17.6”) 2. Vapocraquer (N. Baldacchino) 3. Delicous Charm (M. Seguna) 4. U. Two Swing (S. Cassar)