Internazzjonali

Kalifornja titheżżeż minn terremot ieħor ta’ 7.1 – Aktar mistennija jolqtu l-Istat Amerikan

Reuters

In-naħa t’isfel ta’ Kalifornja fl-Istati Uniti, theżżet minn terremot għat-tieni darba f’biss jumejn.

Din id-darba it-terremot kien ta’ qawwa 7.1 fuq l-Iskala Richter. Jidher illi kawża tat-terremot ġarrbu ġrieħi bosta individwi u ġew mibdija nirien kbar li qed jikkawżaw ħsarat estensivi. Min-naħa tagħhom l-uffiċjali qalu illi sa dan l-istadju għadhom ma jistgħux jistabbilixxu l-estent tal-ħsarat.

Esperti wissew illi dawn iż-żewġ terremoti huma biss parti minn sekwenza ta’ terremoti illi għad iridu jolqtu dan l-Istat Amerikan. Dan apparti wkoll twissija ta’ terremot akbar li skont esperti jaf ikun katastrofiku.