F’Marzu ta’ din is-sena, il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona inawgura uffiċjalment il-Crafts Village f’Ta Qali wara 14-il xahar ta’ ħidma ristrutturali b’fondi tal-Unjoni Ewropea.
Iżda minkejja dan, u wara dawn ix-xhur kollha, jidher li l-bejjiegħa ta’ dan il-villaġġ artiġjanali qed ibatu l-konsegwenzi ta’ nuqqasijiet li għad hemm, hekk kif dawn in-negozjanti qed jgħidu li l-villaġġ għadu mhux jiffunzjona kif supposxt.
Huma qed isemmu nuqqas ta’ sinjali, faċilitajiet ta’ latrini pubbliċi li mhux jiffunzjonaw u zoni rikreattivi li baqgħu magħluqa fost il-problemi li qed ixekklu milli dan il-villaġġ ikun jista’ jibda jilqa’ t-turisti.
Kelliema għal dawn il-bejjiegħa qed jgħidu li l-bejgħ kien ħazin ħafna tul il-perjodu kollu tax-xogħlijiet u madwar 20 stabbiliment baqqgħu miftuħa biss biex iżommu lill-impjegati tagħhom, u dan bi tbatija kbira.
Dawn il-bejjiegħa qalu li din is-sitwazzjoni m’għadhiex tenibbli u li jeħtieġ li jsir sforz kollettiv biex dan il-villaġġ jerġa jibda’ jiffunzjona u biex jibdew jinġiebu t-turisti lejh.
//= $special ?>