Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari

Raġel ta’ 71 sena residenti l-Imsida qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħti l-ikel lill-annimali tiegħu.

L-inċident seħħ f’residenza fi Triq il-Kunċizzjoni l-Imsida għall-ħabta tas-2am.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ fejn imbagħad hi ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.