Huma bosta r-residenti f’San Pawl il-Baħar illi spiċċaw b’numru ta’ boroż tal-iskart barra djarhom. Dawn il-boroż ilhom barra mill-Ġimgħa filgħodu, u issa bdew jinġemgħu numru sostanzjali ta’ boroż fejn in-numru ta’ sigħat meta l-aħħar li nġabar iż-żibel issa qabeż t-48 siegħa.
Bir-raġun, ir-residenti huma urtati b’dan iż-żibel li qed jinġema’ barra djarhom u sa issa għadhom qed jistennew sabiex jinġabru l-boroż tal-iskart.