Tal-anqas 20 persuna ddaħħlu l-isptar, tnejn minnhom f’qagħda kritika, wara splużjoni tal-gass f’parti minn kumpless ta’ ħwienet fi Plantation, fi Florida.
Ħaddiema ta’ kontra t-tifi tan-nar għaddejjin bi tfittxija iżda jidher li ma hemmx persuni neqsin u dawk midruba kollha ttieħdu għall-kura.
Sadanittant l-awtoritajiet avżaw li ħwienet u uffiċini fiz-zona tal Fountains Plaza u Plantation Marketplace se jinżammu magħluqa sakemm id-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar ikun jista jassigura li z-zona kollha hi sigura għall-pubbliku.
//= $special ?>

