Mike Teunissen rebaħ l-ewwel stadju tat-Tour de France ta’ din is-sena iżda l-aħbar prinċipali kien l-inċident tar-rebbieħ tas-sena l-oħra Geraint Thomas jitlef il-kontroll tar-rota hekk kif prova jevita ħabta akbar, biċ-ċiklist ta’ Team Ineos jgħid li jinsab tajjeb.
Teunissen għeleb lil Peter Sagan fi sprint biex kiseb il-flokk l-isfar bi ftit ċentimetri. Caleb Ewan ta’ Lotto Soudal spiċċa t-tielet segwit minn Giacomo Nizzolo ta’ Team Dimension Data.
Thomas ma kellux problemi tul l-istadju twil ta’ 194.5km iżda kawża tal-inċident li seħħ madwar kilometru u nofs mit-tmiem, spiċċa daħa kważi żewġ minuti wara r-rebbieħ tal-istadju. Iżda minħabba li l-ħabta seħħet fl-aħħar tliet kilometri, hu ngħata l-istess ħin bħal grupp li kien jinsab magħhom u b’hekk spiċċa ma tilifx ħin fuq ir-rivali tiegħu.
It-tieni stadju ta’ għada hu time trial tat-timijiet li hu twil 27.6km li wkoll isir fi Brussell.
Kif spiċċaw l-ewwel stadju
1. Michael Teunissen 4:22.47
2. Peter Sagan
3. Caleb Ewan
4. Giacomo Nizzolo
5. Sonny Colbrelli
6. Michael Matthews
7. Matteo Trentin
8. Oliver Naesen
9. Elia Viviani
10. Jasper Stuyen
//= $special ?>