L-inċident li seħħ għall-ħabta tan-12:30pm fi Triq F.S Caruana, wassal biex it-tifla ta’ 7 snin qed issofri minn ġrieħi gravi hekk kif sfat milquta minn karozza tat-tip Nissan March, misjuqa minn mara ta’ 47, residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifla l-isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Birkirkara għadhom għaddejjin.
//= $special ?>