Lokali

Tmiem il-ġimgħa impenjattiv għas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar

Jidher li tmiem din il-ġimgħa se jkun wieħed impenjattiv għas-Soċjeta tas-Salib l-Aħmar. Dan hekk kif l-ekwipaġġ qed jagħti appoġġ lill-IsptarMater Dei u lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.

Min-naħa l-oħra timijiet ta’ salvataġġ tal-ilma qed jgħassu l-bajjiet madwar Malta.

Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar tixtieq tirringrazzja lill-membri kollha tagħha u lill-voluntiera għall-ħidma prezzjuża tagħhom.