Lokali

6 żgħażagħ jimlew flixkun tad-9 litri sigaretti minn fuq bajja waħda f’siegħa u nofs

Ritratt: Cami Applegren

Tliet żgħażagħ Maltin u tlieta oħra barranin ġabru mijiet ta’ sigaretti li kienu qed iniġġsu l-bajja ta’ Għajn Tuffieħa.

F’xemx taqli, dawn iż-żgħażagħ qattgħu siegħa u nofs iduru l-bajja u jiġbru kull sigarett li raw.

Matul dan il-ħin, huma rnexxielhom jiġbru biżżejjed sigaretti biex jimlew flixkun tad-9 litri ilma.

L-inizjattiva ‘Get the butts off the beach’ wasslet ukoll biex diversi persuni li kienu fuq il-bajja, u li huma wkoll ipejpu, jirrealizzaw kemm din il-problema ta’ tniġġis hi reali.

Filfatt studji juru li l-fdalijiet tas-sigaretti jniġġsu iktar lill-oċeani tagħna milli l-istraws jew basktijiet tal-plastik.