Futbol Sport

Il-captain Amerikana Megan Rapinoe bi kritika lejn il-FIFA

(Ritratt: EPA)

Il-captain tal-Istati Uniti Megan Rapinoe qalet li ma taħsibx li l-futbol tan-nisa qed jirċievi biżżejjed rispett mill-FIFA. L-Istati Uniti tilgħab il-finali llum kontra l-Olanda iżda l-logħba f’Lyon se tintlagħab fl-istess ġurnata tal-finali tal-Copa America u l-Gold Cup.

“Hi idea ħażin li tpoġġi kollox fl-istess ġurnata. Din hi l-finali tat-Tazza tad-Dinja, jiġifieri tħassar kollox f’dik il-ġurnata. Għalhekk le ma naħsibx li nħossu l-istess livell ta’ rispett, ċertament li l-FIFA tippreferi l-irġiel b’mod ġenerali,” qalet Rapinoe.

Kelliem għall-FIFA spjega li saret diskussjoni mal-konfederazzjonijiet dwar l-iskeda tal-logħob tagħhom b’mod ġenerali biex inaqqsu l-logħbiet fl-istess ħin.

Rapinoe kienet kritika wkoll tal-premijiet offruti għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tan-nisa. Il-Ġimgħa l-President tal-FIFA Gianni Infantino ħabbar li l-premijiet għat-Tazza tad-Dinja tan-nisa tal-2013 se jiżdied għal aktar minn €50 miljun.