Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn sellum f’Baċir 7

Żagħżugħ weġġa’ gravi wara li waqa’ minn sellum f’baċir numru sebgħa fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15am.

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Eġizzjan ta’ 21 sena sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar sular minn fuq sellum.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.