Lokali Parlament

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jappella biex il-gvern jagħti sinjal pożittiv dwar is-seperazzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Il-Kap tal-Opożizzjoni Adrian Delia appella lill-gvern biex jagħti sinjal pożittiv skont kif appelllatlu l-Oppożizzjoni u appellawlu diversi entitajiet, istituzzjonijiet u rapporti internazzjonali u Ewropew dwar is-separzzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Meta kien qed jitkellem fil-Kumitat għall-kunsiderazzjoni tal-Abbozzi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li jkollna niddikjaraw li l-liġi mhix aċċettabbli. Din hi t-triq li rridu nieħdu biex nuru li l-gvern intebaħ u ra l-kritika tad-diversi rapporti u esperti fil-qafas ġudizzjarju. Il-gvern għandu jagħti sinjal jew inkella l-Oppożizzjoni se tieħu pożizzjoni u tibqa’ sostni l-pożizzjoni tagħha, sostna Adrian Delia. Fil-kritika tagħha għall-pożizzjoni li qed jipproponi l-Gvern, l-Oppożizzjoni sostniet li l-gvern m’għandux ikollu iktar poteri meta jissepera dan l-Uffiċċju għaliex iż-żieda tal-poteri tkun kontra l-ispirtu tar-rapporti internazzjonali li kien iffaċċjat biha l-gvern.

Fil-Kumitat il-Gvern hu rappreżentat mill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici u d-deputat Laburista Edwrad Zammit Lewis waqt li l-Oppożizzjoni hi rappreżentata mid-deputati Carm Mifsud Bonnici u Jason Azzopardi. Għall-kumitat, li hu presedut mid-deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi, qed jattendi l-Avukat Ġenerali Peter Grech.

Wara l-intervent tal-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Oppożizzjoni talbet vot fuq l-emenda rilevanti bil-membri tal-Oppożizzjoni jivvotaw kontra waqt li l-membri tal-gvern jivvotaw favur.

Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar il-ħatra tad-deputat Avukat Ġenerali bil-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici jsostni li d-deputat Avukat Ġenerali għandu jibqa’ jinħatar bis-sistema tal-lum fejn ma tinħariġx sejħa pubblika iżda jinħatar dak li jkun ilu ajgħti servizz fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Carm Mifsud Bonnici semma’ l-importanza li bil-liġi r-rapporti dwar l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jkunu diskussi f’xi kumitat tal-Kamra iżda l-Ministru Bonnici ma qabilx. Dwar il-ħatra ta’ deputat tal-Istat, Carm Mifsud Bonnici qal li min ikun wasal għall-kariga ta’ Deputat Avukat tal-Istat jista’ japplika għall-kariga. Il-Ministru Bonnici qal li l-gvern jemmen li s-sistema għandha tibqa’ kif inhi biex tkun ta’ inċentiv għal dawk li jagħżlu din il-karriera. Kull privileġġ ta’ pensjoni se japplika wkoll għall-Avukat tal-Istat għaliex iż-żewġ entitajiet se jingħataw l-istess importanza. Il-gvern dehrlu wkoll li l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat għandu jissemma’ fil-kostituzzjoni biex ikollu status kostituzzjonali.

Carm Mifsud Bonnici qal li l-Avukat Ġenerali għandu ħafna saħħa iżda l-Avukat tal-Istat għandu inqas saħħa u spjega li dan hu inkwetanti għaliex temmen fil-kunċett tal-approvazzjoni taż-żewġ terzi. Dawn huma klawsoli ta’ ċertu importanti.

Il-Ministru Bonnici tkellem dar il-poteri tal-Avukat Ġenerali li se jitlef saħħa fis-settur ċivili iżda se jissaħħaħ fil-qasam kriminali. Id-deċiżjoni talporsekuzjzoni se tgħaddi għand l-Avukat Ġenerali mingħand il-pulizija. Hu qal li dan se jsaħħaħ ħafna s-saltna tad-dritt.