Ir-rebbieħ tas-sena l-oħra Geraint Thomas tilef il-ħin fuq żewġ rivali tiegħu għar-rebħ tat-Tour de France hekk kif Julian Alaphilippe kiseb il-flokk l-isfar wara li rebaħ it-tielet stadju. Thomas tilef ħames sekondi fil-konfront ta’ sieħbu ta’ Team Ineos Egan Bernal u l-Franċiż Thibaut Pinot. L-attakk lejn it-tmiem ta’ Alaphilippe wassal biex inqata’ minn mal-grupp u rebaħ b’26 sekonda.
Geraint Thomas ma daħalx fi problemi fl-istadju twil 215km li vjaġġa mill-Belġju sa nofs wieħed mir-reġjuni ta’ Franza. Hu tilef ir-ritmu fit-telgħa sprint ta’ 500 metru. Din kienet it-tielet rebħa ta’ stadju personali fit-Tour de France u sar l-ewwel Franċiż li jinsab fuq quddiem minn Tony Gallopin fl-2014.
Kif spiċċaw it-tielet stadju:1. Julian Alaphilippe 4:40.29, 2. Michael Matthews, 3. Jasper Stuyven, 4. Greg van Avermaet, 5. Peter Sagan, 6. Matteo Trentin, 7. Sonny Colbrelli, 8. Xandro Meurisse, 9. Wout van Aert, 10. Thibaut Pinot
Klassifika Ġenerali:1. Julian Alaphilippe (9:32.19), 2. Wout van Aert (+0.20), 3. Steven Kruijswijk (+0.25), 4. George Bennett (+0.25), 5. Michael Matthews (+0.40), 6. Egan Bernal (+0.40), 7. Geraint Thomas (+0.45), 8. Enric Mas (+0.46), 9. Greg van Avermaet (+0.51), 10. Wilco Kelderman (+0.51)
//= $special ?>