Futbol Sport

Balzan v NK Domzale diretta fuq Net Television il-Ħamis li ġej

Il-partita mill-ewwel leg tal-ewwel rawnd tal-UEFA Europa League bejn Balzan u NK Domzale se tixxandar b’mod dirett fuq Net Television. Ix-xandira tibda wara l-aħbarijiet tas-6.00pm, bil-logħba tibda fis-6.30pm fis-Centenary Stadium.

Bi preparazzjoni għal dan il-konfront, Balzan kellhom kamp ta’ taħriġ fis-Slovenja u anki lagħbu xi logħbiet ta’ ħbiberija. Huma spiċċaw draw ta’ 1-1 kontra t-tim Sloven NK Bravo, rebħu 1-0 kontra t-tim tal-Kampjonat Premier tas-Serbja FK Vozdovac u temmew fi draw ta’ 0-0 kontra t-tim tal-Kampjonat Premier tas-Serbja FK Proleter.

Balzan qed jikkompetu fl-Europa League għal ħames staġun konsekuttiv. It-tim Sloven fl-aħħar ħames staġuni dejjem spiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-kampjonat Sloven u l-impenn kontra Balzan se jkun l-ewwel wieħed tagħhom f’pajjiżna.