Mhux talli mhux jagħti widen għal dak li qed ngħidulu, talli biddel il-liġi biex ikompli bil-proċessi dubjużi. Hekk ikkonkluda r-rapport tiegħu għal din is-sena il-Kummissarju għas-Saħħa fi ħdan l-Uffiċju tal-Ombudsman. Rapport li ppreżenta tiegħu lill-Gvern din il-ġimgħa u li jixtarr is-sitwazzjoni preżenti fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna.
Skont il-Kummissarju għas-Saħħa, minkejja l-progress li sar f’xi oqsma, hemm setturi importanti oħra li s-soluzzjonijiet għalihom lanqas biss hemm ħjiel li bdew jissolvew. Fost dawn isemmi protocols li ħoloqhom il-Ministeru stess, fi kliemu illegalment, tibdil fil-policies, u n-nuqqas ta’ provvediment ta’ mediċini ta’ ditti speċifiċi.
Il-Kummisarju jirreferi għan-nuqqas tal-Ministeru li jirrifondi spejjeż lil pazjenti li jkunu xtraw mediċini min buthom u li kellhom dritt jieħdu l-flus lura mingħand il-Gvern.
Skont il-Kummissarju dawn il-kwestjonijiet ilhom pendenti mill-2013. Hu jgħid li n-nuqqas tal-Gvern li jsolvi dawn il-kwestjonijiet hija problema serja ħafna. Dan għaliex il-Ministeru naqas li jsib soluzzjonijiet li kellhom ipattu għad-diskriminazzjoni u l-illegalità li ħoloq il-Gvern stess.
Il-Kummissarju tas-Saħħa ilu jsus wara l-Gvern dwar dan sa mill-2013, u fl-2015 kien għadda rapport dettaljat li lill-Ministru tas-Saħħa, il-Prim Minitsru u l-Parlament.
Minbarra mediċini oħra, il-Kummissarju rrefera għal-kwestjonijiet pendenti ta’ diskriminazzjoni fejn jidħlu saħansitra l-mediċina għall-kura tal-Kanċer.
Madankollu, wara li l-Uffiċju tal-Ombudsman reġa’ ġibed l-attenzjoni tal-Gvern għal dan kollu, fir-reazzjoni tiegħu il-Gvern qal biss li l-proċess mhux diskriminatorju u li huwa approvat minn kumitat stabbilit mill-Att dwar is-Saħħa.
Fil-konklużjoni tiegħu l-Ombudsman jisħaq li hu jagħmel xogħlu b’rieda tajba u sabiex id-Dipartiment tas-Saħħa jifhem fejn qed jonqos – madankollu, l-Ombudsdman ikompli jgħid li l-Gvern mhux talli qed jopponi tali bidliet, talli mar pass oltre u biddel l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sabiex jagħmilha aktar u aktar diffiċili għal pazjent biex jieħu dak li hu dritt tiegħu.
//= $special ?>