Futbol Sport

Il-Brażil rebbieħa tal-Copa America

Gabriel Jesus protagonista fis-suċċess tal-finali

Il-Brażil rebħu d-9 titlu tal-Copa America wara li lbieraħ għelbu lill-Peru 3-1 fil-finali.

Għall-Brażil il-gowls waslu mingħand Everton, Gabriel Jesus u Richarlison. Jesus kien protagonista assolut, fejn minbarra l-gowl li skurja hu kien ukoll involut f’assist għall-ewwel gowl ta’ Everton.

Gabriel Jesus spiċċa tkeċċa lejn it-tmiem tal-partita wara li qala’ t-tieni karta safra. Mat-tkeċċija hu deher irrabjat ħafna tant li deher jimbotta l-monitor tal-VAR. Wara, Jesus esprima apoloġija għal dak li għamel u stqarr illi hemm bżonn jimmatura.