Il-votanti Griegi għażlu l-bidla u taw rebħa lill-Partit taċ-Ċentru Lemin Demokrazija Ġdida immexxi minn Kyriakos Mitsotakis.
Mitsotakis mistenni jkun il-Prim Ministru l-ġdid tal-pajjiż hekk kif il-Prim Ministru attwali, Alexis Tsipras, li jmexxi l-Partit tax-Xellug Syriza, ammetta t-telfa.
Hekk kif kważi ingħaddu d-distretti kollha, il-Partit Demokrazija Ġdida kiseb kważi 40% tal-voti filwaqt li Syriza kiseb fti iktar minn 31%.
Dan se jfisser żieda ta’ 50 siġġu fil-Parlament għal Demokrazija Ġdida li permezz tagħhom, kiseb maġġoranza assoluta ta’ siġġijiet.
B’kollox 57% tal-votanti eliġibbli marru jivvutaw, wieħed mill-iktar turnouts baxxi fl-istorja elettorali Griega. Jidher li fattur ewlieni għal dan it-tnaqqis kienet is-sħana qawwija affetwat il-votazzjoni hekk kif ħafna għażlu li jqattgħu il-Ħadd il-baħar jew jibqgħu fi djarhom.
//= $special ?>