- Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li fis-settur tad-djar u l-kirjiet, il-gvern għandu jiddefendi lil min vulnerabbli; jeħtieġ intervent fil-kirijiet tal-propjetà għax il-problemi mhux se jissolvew.
Fil-parlament Edwin Vassallo qal li din il-liġi dwar il-kirjiet residenzjali mhix se ssolvi l-problemi tal-inċertezza u tal-faqar għaliex wara seba’ sin li fihom il-gvern ħalla anarkija totali, issa l-gvern għamel liġi fi stat ta’ kriżi.
Din mhix is-soluzzjoni għaliex min qed ibati se jibqa’ jbati waqt li min qed joħloq id-diffikultajiet fil-fatt se jibqa’ joħloq dawn id-diffikultajiet. Minn suq liberalizzat, is-suq qed imur għal wieħed ta’ libertinaġġ. Hu qal li jemmen li fejn il-gvern jara li s-suq m’għadux iktar liberalizzat iżda hu maħkum mil-libertinaġġ, il-gvern għandu jkun kuraġġuż u jiffissa prezz anki jekk mhux se jibqa’ poplari ma’ kategoriji tas-soċjetà. Il-gvern għandu jiddefendi lin-nies l-aktar vulnerabbli; dan il-gvern m’għamel xejn biex jgħin lil dawn in-nies.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li din il-liġi se tibqa’ toħloq l-inċertezzi li kien hawn. L-Oppożizzjoni se tivvota favur biex forsi jinstabu rimedji għal din il-problema. Il-prezzijiet tad-djar qed jiżdiedu b’madwar 5%, skont rapport tal-UE, li speċifika wkoll li d-daqs tad-djar huma inqas.
Edwin Vassallo qal li l-gvern qed jagħmel ftit wisq u sostna li Malta għandha l-ikbar tkabbir u żieda fil-kostruzzjoni. Dan għaliex il-gvern fassal il-mudell ekonomiku fuq il-kostruzzjoni u għalhekkkellu joħroġ numru ta’ permessi bla pjan.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-problemi ta’ diversi kategoriji fosthom il-persuni separati u ż-żgħażagħ li jridu jikru. Il-Prim Ministru stess qed jammetti li hawn nuqqas ta’ infurzar propju quddiem id-diversi każi li fihom waqgħu d-djar tal-famiji kaġun ta’ kostruzzjoni.
Tal-mistħija li l-Prim Ministru jammetti wkoll li li s-settur tal-kostruzzjoni kiber iktar mir-regolamentazzjoni, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-gvern mhux qed ipoġġi jdejh fuq il-ferita u mhux jikkoreġi. Meta kollox jintesa, fil-fatt kollox se jerġa’ jkun l-istess.
Kien il-gvern li ġab il-libertinaġġ u l-anakrija fil-pajjiż, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-permessi tal-bini splodew minn madwar 2,000 fl-2013 għal madwar 13,000. Fl-2017 ħarġu 9,822 permess tal-bini, li minnhom 8,500 kienu appartamenti waqt li fl-2,018 ħarġu 12,011 permess għal appartamenti, 1,100 permess għal maisonettes u 396 permess għal terraced houses għal total ta’ 12,800 permess tal-bini
//= $special ?>