Futbol Sport

Il-Messiku tirbaħ il-Gold Cup għall-11-il darba

(Ritratt: EPA)

Il-Messiku kabbret ir-rekord ta’ rebħiet fil-Gold Cup organizzata mill-CONCACAF wara rebħa ta’ 1-0 fuq l-Istati Uniti fil-finali li ntlagħbet quddiem 62,493 fl-Istadium Chicago Soldier Field.

Il-gowl rebbieħ wasal fit-73 minuta bil-midfielder ta’ Los Angeles Galaxy Jonathan dos Santos jirċievi bit-takkuna mingħand Raul Jimenez u skorja b’xutt li ħabat mal-mimduda qabel daħal fix-xibka.

Il-Gold Cup li qabel l-1991 kienet tissejjaħ il-Kampjonat tal-CONCACAF, tintlagħab bejn ir-rebbieħa kontinentali tal-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Karibew. B’dan is-suċċess, il-Messiku kisbet il-11-il unur fl-istorja, ħamsa aktar mill-Istati Uniti. Minn meta saret riforma fil-kompetizzjoni fl-1991, il-Messiku rebħet il-kompetizzjoni tmien darbiet.

Il-Kanadiż ta’ 28 sena Jonathan David spiċċa l-aqwa skorer tat-tournament b’sitt gowls, bl-attakkant ta’ Wolves Raul Jimenez jispiċċa t-tieni flimkien mal-attakkant tal-Kanada Lucas Cavallini b’ħames gowls.