Wara l-appell pubbliku li sar ilbieraħ, Net News jibsab infurmat illi għadu ma nstabx iż-żagħżugħ li jidher fil-filmati miġbura minn kameras tas-sigurtà qed iħażżeż kliem u graffiti madwar il-Belt Valletta.
F’dan l-att ta’ vandaliżmu, kienu diversi r-residenzi u postijiet storiċi li ġarrbu l-ħsara.
Fid-dawl ta’ dan, sar appell biex min għandu informazzjoni jew jagħraf lil dan il-persuna jgħaddi d-dettalji lill-Pulizija b’mod unanimu u urġenti qabel jkompli jwettaq aktar ħsara fil-Belt ta’ Patrimonju Dinji.
//= $special ?>