Lokali

Jinqabdu mill-Pulizija wara ‘Hit and Run’ f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 25 sena mill-Imsida u Mara ta’ 19-il sena minn Santa Venera ġew miżmuma mill-Pulizija wara ‘Hit and Run’ li seħħet l-Ħadd għall-ħabta tad-21.10pm fi Triq Ħal Luqa.

Hu mifhum li s-sewwieq laqat raġel ta’ 27 sena minn Santa Venera permezz ta’ vettura VW Golf u baqa’ sejjer.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn qed isoffri minn ġrieħi gravi.

Aktar tard, il-pulizija bdiet tfittxija għall-vettura fejn instabet fi Triq il-Baċir fl-Imsida.