Lokali

Jiskopri statwa oħra taħt dik li kien qed jirrestawra

Hu u jaħdem fuq ir-restawr ta’ statwa isib statwa oħra  ġo fiha.

Net News tkellem ma’ Andrew Bugeja fejn spjegalna kif waqt li kien qed jerrestawra sett ta’ anġli, għamel skoperta mhux daqstant tas-soltu.

Andrew Bugjea qalilna li f’każi bħal dan, hu jkellem lil min ikun ikkummissjona r-restawr tal-istatwa sabiex jara jekk iriduhx ikompli bit-tindif tal-istatwa biex jinkixef dik li hemm taħtha jew le.

Ir-restawratur kellimna wkoll dwar fiex jikkonsisti x-xogħol tiegħu.

Andrew qalilna li din is-sena ħadem id-99 statwa tiegħu tal-Ġimgħa l-Kbira u kif qed jippjana li l-qligħ tal-mitt statwa jmur kollu għal Puttinu Cares.

Bugeja spjegalna kif dan iż-żmien tas-sena hu l-aktar żmien impenjattiv għalih għax jirrikjedi ħafna ħidma minħabba li l-istaġun tal-festi ikun fl-aqwa tiegħu.

Mistoqsi dwar  x’inhi l-ikbar biċċa xogħol li għamel u li qedgħa l-aktar għal qalbu, Andrew wieġeb li għalkemm ix-xogħolijiet kollha huma għal qalbu, xogħol li għandu x’jaqsam mal-Ġimgħa l-Kbira dejjem jaħdem għalih b’aktar passjoni.