Lokali

Mewġa ta’ Sħana: Lulju aktar sħun minn ta’ sena ilu

Żgur li ħafna diġa ħassewha; sħana kbira f’kull parti ta’ Malta u Għawdex hekk kif bħalissa minn fuq il-Gżejjer Maltin għaddejja mewġa ta’ sħana… f’dik li s’issa tidher li se tkun l-aktar ġimgħa sħuna tas-sena.

Dwar dan, tkellimna ma’ Martina Gatt, mill-Uffiċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Maltali kkonfermatilna li bħalissa għaddejja mewġa ta’ sħana li se tkompli għall-jumejn li ġejjin fejn it-temperaturi li laħqu d-39 gradi celcius issa għandhom jinżlu xi grad jew tnejn.

Għalkemm il-kbir jidher li għadda, xorta waħda wieħed irrid joqod attent u l-avviż mill-Uffiċju Metereoloġiku hu wieħed ċar; “Importanti li wieħed jixrob ħafna ilma u ma joqgħodx fix-xemx bejn il-ħinijiet tal-11AM u l-4PM.

Din is-sħana qed tiġi kawża ta’ arja ta’ pressjoni għolja li qed tippersisti fuq iċ-ċentru tal-mediterran li mhux qed tiċċalaq u għalekk is-sħana qed tkompli tolqot il-Gżejjer Maltin.

Meta kkumparat ma’ Lulju tas-sena li għaddiet, dan ix-xahar hu wieħed ftit aktar sħun għaliex filwaqt li din il-ġimgħa it-temperatura telgħet għal 39 gradi celcius, fl-2018 l-għola temperatura f’Lulju kienet ta’ 36 grad… Madanakollu, fl-2017, Lulju ra temperaturi simili ħafna ta’ dawk li qed jinħassu bħalissa.

Interessanti l-fatt li għalkemm bla dubju hija ħafna sħana, dan mhux l-aktar Lulju sħun li qatt kellna, hekk kif Lulju tal-1988 kien laħħaq temperaturi ta’ 43 gradi celcius.

Ritratt: Martin Agius