Net News jinsab infurmat dalgħodu instemgħu ħsejjes ta’ xi tiri fil-limiti ta’ San Ġwann. Dan hekk kif kien għaddej raid mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fi Triq San Ġiljan, viċin ħafna tal-isptar.
Il-każ żviluppa għall-ħabta tal-11:30am meta f’dak il-ħin il-Pulizija nnotat persuna suspettuża.
Il-Pulizija provaw iwaqqfuh meta saqu għal wara l-karozza tiegħu. U biex jipprova jiżgiċċa, kisser mhux biss karozza tal-Pulizija iżda 4 karozzi oħrajn.
Skont l-informazzjoni li ksibna, dan ir-raġel ġie arrestat fil-post, u ġie mmantejat biex jittieħed id-Depot għall-interrogazzjoni.
Saret ukoll tfittxija fil-karozza tal-għamla Toyota li kien qed isuq ir-raġel. Fiha instabu numru kbir ta’ pakketti bid-droga, boroz, kif ukoll basket ta’ lewn aħmar li ġie elevat.
//= $special ?>