In-nefqa tal-Gvern splodiet b’100 miljun Ewro fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena. Infieq li issa żdied għal €1,147 miljun fl-ewwel kwart tal-2019,
L-infieq żdied tista’ tgħid f’kull qasam, u jfisser li s-surplus tal-Gvern issa mhux talli spiċċa għal kollox, talli d-deficit li fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra kien ta’ ftit inqas minn 6 miljuni, dis-sena kważi trippla għal €16.5 miljun.
Id-dejn tal-Gvern fl-aħħar ta’ Marzu kien ta’ aktar minn €5,800 miljun – żieda ta’ ftit iktar min €113 miljun fuq l-istess perjodu tas–sena li għaddiet.
Minkejja li ċ-ċifri tal-Uffiċju Nazzjonali tal-istatistika juru li l-Gvern irreġistra żieda fid-dħul ta’ ftit aktar minn €89 miljun, dan jisfaxxa fix-xejn meta wieħed iqis il-100 miljun Ewro żieda fl-infieq.
Fl-ewwel tliet xhur tal-2017 il-Gvern kien irreġistra suplus ta’ ftit iktar minn €36 miljun, iżda fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet dan inbidel f’deficit. Deficit li kompla żdied din is-sena.
F’April li għadda, l-NSO ippublika ċifri li wrew li l-Gvern ta’ Muscat kien irreġistra żbilanċ ieħor fil-finanzi tiegħu. Dan ifisser li l-iżbilanċ żdied bi kważi d-doppju, meta l-aħħar statistika kienet turi deficit ta’ €70 miljun, u li issa sar €134 miljun.
//= $special ?>