Lokali

AĠĠORNATA: Aktar immigranti jiddaħħlu Malta

F'sitt xhur, iddaħħlu Malta mal-1,000 immigrant

Il-bastiment Alan Kurdi tal-organizzazjoni Sea Eye salva 44 immigrant ieħor li kienu f’diffikulta’ f’nofs il-Mediterran. Huma kienu qed ibaħħru fuq dgħajsa tal-injam.

F’messaġġ fuq Twitter, Sea Eye qalu li matul il-lejn kellha tasal patrol boat tal-AFM sabiex tassistihom. L-immigranti ttieħdu minn fuq l-Alan Kurdi sabiex jitwasslu l-art, u ddaħħlu pajjiżna għall-ħabta tal-4:30pm.

Il-media Taljana qed tirrapporta li fost l-immigranti hemm erba’ nisa u tliet itfal; waħda minnhom tarbija ta’ sena u ftit xhur.

Jidher li l-immigranti kienu ilhom bejn sema u ilma minn nhar is-Sibt.