Permezz ta’ numru ta’ Tweets, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-Prim Ministru tar-Renju Unit wetqet sfreġju mill-Brexit, u insista li hija aħbar tajba li r-Renju Unit se jkollhom Prim Ministru ġdid.
L-attakk ta’ Trump kompla billi d-deskriva lil Kim Darroch, l-ambaxxatur tar-Renju Unit għall-Istati Uniti, bħala “inkompetenti”.
Donald Trump sostna li ma jridx ikompli d-diskussjoni ma’ Darroch, wara li dan m’għamilx xogħol sew għar-Renju Unit. B’risposta għal dan, Downing Street qalet li Darroch għandu l-appoġġ kollu tal-Prim Ministru, u li dan se jibqa’ jservi f’dan l-irwol.
//= $special ?>