Mara li s’issa għadha ma ġietx identifikata nqabdet minn kameras tas-sigurtà waqt li tiżgassa magna f’pompa tal-petrol.
Il-filmat ittella’ fuq il-midja soċjali mis-sidien li qed jappellaw għall-għajnuna biex tkun identifikata u titressaq għall-ġustizzja.
Persuni li tkellmu ma’ dan l-istazzjon spjegaw li l-mara rrnexxielha tieħu biss ftit muniti u mistennija tiffaċċja kont bħala spejjeż tal-ħsara li jaqbeż sew dak li ħadet.
Min jagħraf lill-mara hu mitluf biex jagħmel kuntatt mal-Pulizija fl-għassa ta’ San Pawl il-Baħar, fejn sar ir-rapport.


