Lokali

F’Malta 1 minn 7 huwa barrani

Pajjiżna għandu proporzjoni ta’ barranin li hi d-doppju tal-medja tal-Unjoni Ewropea.

Dan joħroġ minn statistika tal-Eurostat li turi kif f’pajjiżna 14% – jew inkella wieħed minn kull sebgħa residenti – huma barranin. Dan b’kuntrast mas-7.8%, li hi l-medja tal-Unjoni Ewropea.

Dan ipoġġi lil pajjiżna fil-ħames post, minn fost il-pajjiżi Ewropej kollha, wara l-Lussemburgu, Ċipru, Awstrija u l-Estonja.

Mill-istatistika joħroġ li l-popolazzjoni ta’ pajjiżna matul is-sena li għaddiet telgħet għal kważi 476,000 persuna, li minnhom iktar minn 67,000 huma barranin.

Dan ifisser li f’perjodu ta’ sena waħda biss, il-popolazzjoni ta’ Malta kibret b’iktar minn 15,400 persuna, li minnhom iktar minn 12,800 kienu barranin.

Ir-rapport, ippubblikat bl-isem People on the move – statistics on mobility in Europe, juri wkoll kif pajjiżna qassam 1,973 ċittadinanza lill-barranin, bil-maġġoranza jkunu Russi u mis-Sawdi. Isegwuhom il-Brittanniċi.Din l-ispluzjoni ta’ barranin qed titfa’ sfidi kbar fuq pajjizna, l-aktar minhabba li l-fatt li l-Gvern imbarka fuq din il-politika minghajr ma pjana xejn. U l-effetti qed jidhru cari hafna – kemm fuq livell ta’ infrastruttura u traffiku, kif ukoll piz f’aspetti ohra socjali, mhux b’inqas il-pressjoni fuq is-servizzi tas-sahha.