Lokali

Id-dwana tikkonfiska iktar minn €21,000 wara li Irlandiż ma ddikjarahomx

Total ta' €780,824 fi flus kontanti kkonfiskati mid-Dwana f'29 każ differenti f'sitt xhur minħabba li ma kienux iddikjarati

Irlandiż jikkonfiskawlu €31,390 fi flus kontanti hekk kif kien se joħroġ minn pajjiżna.

Il-każ seħħ iktar kmieni dalgħodu waqt li kien qed jiġi ċċekjat mill-Uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

€10,000 minnhom ngħataw lura lil passiġġier, li kien sejjer Amman, bil-kumplament inżammu għand id-Dwana, bl-investigazzjonijiet dwar dan jinsabu għaddejjin.

Il-liġi f’pajjiżna tgħid li wieħed jista joħroġ minn pajjiżna b’kemm flus irid fuqu iżda mhux jekk wieħed ma jiddikjarahomx. Wieħed jista’ biss ma jiddikjarahomx jekk is-somma ta’ flus kontanti ma tkunx iżjed minn €10,000.