Lokali

‘Il fuq minn 3.2 miljun passiġġier jgħaddi mill-MIA fl-ewwel nofs tas-sena

Żieda ta' 5.9% tal-ammont ta' passiġġiera meta kkomparat mas-sena l-oħra.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qatta’ l-ewwel nofs tas-sena pjuttost bieżel hekk kif għaddew iktar minn 3.2 miljun passiġġier.

Il-kumpanija saħqet li sal-aħħar tas-sena huwa mistenni li jkun hawn madwar 7.2 miljun passiġġier.

Jidher li April kien l-iktar xahar bieżel hekk kif kellu l-iktar żieda meta mqabbel max-xhur l-oħra. Dan ix-xahar kellu żieda ta’ 10.5% filwaqt li warajh kien hemm Ġunju b’persentaġġ ta’ 8.8%.

F’Ottubru tas-sena l-oħra kien hemm żieda ta’ tliet rottot ġodda, 17-il rotta li kienu jsiru fis-sajf biss iżda issa se jibdew joperaw ukoll fix-xitwa, u diversi rotot oħra li żiedu l-frekwenza … u dan kollu seħħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.