Lokali

Il-gvern qed jipprova jirranġa l-problemi li ħoloq hu

– Claudette Buttigieg, PN

Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li fil-krijiet tal-propjetà, il-gvern issa qed jipprova jirranġa problema li ħoloq hu stess.

Claudette Buttigieg qal li r-realtà tal-lum hi kompletament importanti li hi minsuġa mal-fattur importanti li hu kemm hawn nies li jifilħu jew ma jifilħux iħallsu l-kera taghom. Hi sostniet li jekk ma jkunx hawn persuni li jifilħu jħallsu l-kirjiet allura dan il-piż jaqa’ fuq il-gvern. Hawn 7 jew 8% tal-popolazzjoni li jista’ jkollhom din id-diffikultà. Il-mod kif din il-problema eskalat fl-aħħar snin hi fenominu, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li f’dan is-settur saru bidliet mgħaġġla.

Id-deputat Nazzjonalista trattat il-fatt li l-propjetà tal-gvern tibqa’ għand dik il-familja għal ġenerazzjonijiet u qalet li jrid ikun ikkunsidrat ukoll x’qed isir biex dawn il-persuni jkunu mgħejjuna. Il-gvern qed jipprova jsewwi għal dak li hu ma ħasibx għalih.

Minkejja li hawn is-suq tal-propjetà hu mifqugħ, il-prezz mhux jinżel. Il-pajjiż għadu jkkunsidra kemm se jibqa’ jibii propjetà fil-kuntest ta’ xi kwalità ta’ ħajja l-poplu Malti se jkun qed jgħix. Illum qed jinbnew postijiet ferm iżgħar minn dak li kienu jinbnew qabel.

Claudette Buttigieg qalet li jekk issuq jitħalla jsuq, is-suq mhux se jaħseb għal min hu vulenrabbli. Jeħtieġ li l-pajjiż jibda’ jikkunsidra l-istabbiltà tal-familja billi jkun hemm inċentivi f’dan is-sens. Din hi liġi ta’ responsabbiltà morali u ċivili u jrid iku ikkunsidrat ukoll l-aspett kummerċjali; jeħtieġ jinżamm bilanċ bejn kulħadd.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-istabbiltà hi element essenzjali iżda l-aktar problema soċjali li mhux jingħata attenzjoni għan-nukleu ta’ familji; irrispettivament f’tip ta’ familja hi.